Sunday, 24 February 2008

Vote green!

A Maltese friend sent me this poem and I thought I might as well post it on this blog, just in case some random visitor from Malta was still finding it hard to make up his/her mind. I have no political axe to grind, but it seems to me that if we want to green our lifestyles and our planet, then we really cannot afford to go on voting for parties that do not even mention the environment in their electoral programmes!

Din id-darba Alternattiva

Din id-darba Alternattiva
se nivvota kif nixtieq.
Mhux lin-nies li ga bighuna
li jaghtuna biss bis-sieq.

Mhux se nitfa' l-vot fil-kaxxa
biex igawdu l-ftit ta' gewwa.
Se nivvota Alternattiva
ghax kapaci w jghidu s-sewwa.

Mhux se ntih lill-kuntratturi
mhux se npaxxi l-kaccaturi
mhux se ncedi 'l dawk li saqu
qishom gaffa minn fuq rasi
mhux se ntih 'il min ga staghna
minn fuq dahar it-taxxi taghna
mhux se ntih lic-caqnijiet
biex nitmermer hawn fis-skiet.

Jien dad-dritt mhux se ncedih.
Dan il-vot mhux se nahlih.

Ma nibzax minn popli ohra
mit-twemmin u mill-kulur.
Imma nibza' mir-razzizmu,
mill-mibgheda, mit-terrur.

Ma nibzax mid-differenzi
il-bnedmin hekk maghmulin.
Ahna kollha lwien f'qawsalla
li jixeghlu lil xulxin.

Jien did-darba rrid il-bidla
mhux politka tat-tpacpic
mhux min jiflah tih ha jhawwel
go dar-renju tat-tghaffig.

Dal-vot tieghi, xejn hlief tieghi,
u se naghmel bih li rrid.
Tghid mhux se naghtih lill-klikka
li staghniet ghax tal-partit?!

Tista' toqghod hemm titbissem,
Tista' tidhaq, int, kemm trid...
Se nivvota Alternattiva
biex ghal darba nghid li rrid.

Jien irrid partit li jahdem
biex dal-bini ma jkomplix
biex din l-arja tkun nadifa
biex l-iskart ma jordomnix.
Biex inharsu dil-kampanja
biex fis-sema nara t-tajr
biex il-bahar ma jkunx mandra...

Dal-partit, avolja zghir,
ghandu l-hila, l-konvinzjoni
ghandu l-gazz, ghandu l-vizjoni.

Din id-darba Alternattiva:
Tghid li trid it-Times li ghandna.
Jghid li jrid xi Fr. Peter,
hawn eluf li xebghu bhalna.

Mhux se nahli l-vot did-darba
fuq xi kiesah b'mohh ta' bott
fuq xi hadd li bena Malta
fuq xi pampalun korrott
fuq mudell ta' l-arroganza
fuq min ligi mhemmx ghalih
fuq min jhedded u jitpastaz -
jien dal-vot mhux se nahlih

Din id-darba Alternattiva
ghazla bhalhom zgur li mhemmx.
Din id-darba Alternattiva
forsi fl-ahhar titla' x-xemx.

3 comments:

Anonymous said...

Qumu mir-raqda ... maybe this time it'll happen!

Anonymous said...

Visit www.maltaelection2008.com

Rebelde said...

¿Lo tienes en cazteshano? :o)

Saludos, Kiwi